WN.com - International English News

Tuesday, January 24, 2012

it-2ni sett...

08. X' qiegħed titfa fuq il-miżien ta' ħajtek?
09. Mixja sura mal-kelb... tajba għalih u tajba għalija!
10. Raqda tajba mportanti għall-moħħ u l-ġisem
11. Ttik ħafna sodisfazzjon li tħares lejn biċċa xogħol lesta
12. Meta x-xogħol ikun estenzjoni tal-valuri tiegħek, kollox jagħmel ħafna iktar sens
13. L-abjad għalija, kemm hu abjad daqs l-abjad tiegħek?

"Nobody can go back and start a new beginning, but anyone can start today and make a new ending"
- Maria Robinson

“To effectively communicate, we must realize that we are all different in the way we percieve the world and use this understanding as a guide to our

13

Meta b’ kelma waħda ssalva sitwazzjoni... Meta b’ nofs ta’ kelma tkisser dak kollu li hemm fil-madwar...

X’ saħħa għandna fil-lingwa tagħna? Kemm intuha piż? Kif taffetwana? Hemm studji kbar fuq dan is-suġġett... studji li jien ma qrajthomx u li probabli mhux se jirnexxieli nifhem. Iżda jekk ma nħarsux lejn dak l-aspett u nagħtu titwila lejn l-użu tal-lingwa tagħna minn ġurnata għall-oħra fl-iktar sitwazzjonijiet komuni ta’ ħajjitna... x’ naraw?

L-abjad għalija, kemm hu abjad daqs l-abjad għalik?

Ħafna drabi, meta nkun qiegħed nitkellem (inparla?) man-nies nirrealizza kemm qegħdin f’ livelli differenti. Nistaqsi miegħi innifsi kemm dak li qed ngħid qiegħed jagħmel sens għal dawk li qegħdin jisimugħ. U iktar minn hekk, għax probabli xi tip ta’ sens ikun qiegħed jagħeml, nistaqsi, u għal din nibża nirċievi risposta, kemm qiegħed jagħmel l-istess sens li jien ridt infisser fil-bidu?

“Let us make a special effort to stop communicating with each other, so that we can have some conversation”

Mark Twain

“Choose a job you love and you will never have to work a day in your life” – Confucius

12

Inqum kmieni filgħodu...

Nasal qabel għax-xogħol...

Isir il-ħin u lanqas ikolli aptit nitlaq...

Fejn qatt?

Meta x-xogħol ikun estenzjoni tal-valuri tiegħek, kollox jagħmel ħafna iktar sens.

Il-kumdita’ li taħdem f’ ambjent li tifhmu, mhux biss għax għallmuk u urewk x’ għandek u x’ ma għandekx tagħmel iżda għax tidħol bħal ‘feles’ fih, kważi kważi tista ssejħila lussu.

Forsi għax għadni fil-perjodu tal-qamar il-għasel ta’ dan ix-xogħol jew għax din iċ-ċaqlieqa kienet pass naturali? Jekk l-ewwel waħda, nittama li dan idum għal ħafna snin! Jekk it-tieni waħda, għandi kurżita’; issa xi jmiss?

“Three rules of work: Out of clutter find simplicity; From discord find harmony; In the middle of difficulty lies opportunity”

Albert Einstein

“A project is complete once it starts working for you, rather than you working for it” – Scott Allen

11

Fraħt.

U l-kawża tal-ferħ?

Ċuċata;

ftit viti neqsin li ma ppermettewlix nara kamra tas-sodda lesta

M’ hemm xejn isbaħ milli tħares lejn biċċa xogħol lesta J

Ma ħdimtx għaliha jien, sempliċiment ħallast... u lanqas waħdi. Iżda l-fatt li tħares lejn xi ħaġa tant mistennija u tara li oġġett tant żgħir kapaċi jaffetwalek burdata ta’ ġurnata sħiħa, tistaqsi, x’ hemm iktar insinjifikanti li jikkontrolla kif inġib ruħi u x’ inħoss f’ sitwazzjonijiet partikolari?

“Doubt is uncomfortable, certainity is ridiculous.”

- Voltaire

Thursday, January 12, 2012

“Laziness is nothing more than the habit of resting before you get tired.” - Jules Renard

10

fil-bidu tas-sena, b' ħafna determinazzjoni, bosta nies jagħmlu kollezzjoni ta' riżoluzzjonijiet. Ngħid kollezzjoni, għax bħal waħda minn dawn, dawn ir-riżoluzzjonijiet ma jkunu xejn għajr ħsieb tal-mument li jitpoġġa fuq l-ixkaffa wara ftit ħin. Jien ukoll nagħmel il-parti tiegħi. Nibda nivvinta l-affarijiet bl-addoċċ, qisni qed intella n-numri tal-lotterija; "hekk nagħmel inqas", "hekk nagħmel iktar", "dan ma nagħmlux"... sa l-għada, inkun insejt kważi kollox.

Waħda li ma nsejtx hi li pjanajt li din is-sena nitgħażżen inqas. Determinat li nqatta l-inqas ħin fis-sodda possibli, filwaqt li fil-bqija naqra iktar, nibda xi tip ta' eżerċizzju, bla bla bla... F' xogħli, waħda minn kull erbat ijiem ikolli naħdem ta' bil-lejl. "X' lussu!" ħsibt meta sirt naf. Mimli ċertezza, kont diġa qiegħed nippjana kif se nimla dawk il-ġranet li fihom ma nkunx xogħol. U rnexxieli għall-ftit tal-ġranet.

Sakemm irrealizzajt kemm hu veru meta jgħidu li...

raqda tajba mportanti għall-moħħ u l-ġisem.

Kemm tħossok tajjeb wara? Lest biex taħkem id-dinja! Sa dakinhar li terġa tiġi bżonn dik ir-raqda żul minn hawn! :-)

"Think in the morning. Act in the noon. Eat in the evening. Sleep in the night"
- William Blake (English visionary, mystic, poet, painter and engraver. 1757 - 1827)


Wednesday, January 11, 2012

“Heaven goes by favor; if it went by merit, you would stay out and your dog would go in” - Mark Twain

09

Bħala bniedem komuni ħafna drabi nsib ruħi nirraġuna li jekk b' xi mod ma nkunx se nibbenefika minn xi ħaġa, nevita li nagħmilha (tiftakar; għidt li kapaċi nġib elf skuża valida biex naħrab minn responsabbilta'?)...

Hekk ġrali bil-kelb. Bejn għax indeċiż mill-futur tiegħu u ħafna affarijiet oħrajn, qatt ma kont konvint li kelli ninvesti l-ħin miegħu. Konna mmorru mixja, nagħmlu dik il-kwarta jew nofs siegħa, u nduru lura bil-kwiet. Hu kuntent li ħareġ u jien kuntent li għamilt id-dover tiegħi...

Iżda ġirja tajba ġol-ħaxix wara mument ta' frustrazzjoni u skoprejna li...

mixja sura mal-kelb tajba għalih u tajba għalija :-)

Apparti l-affarijiet ovvji ta' saħħa, kemm tiegħu u kemm tiegħi, ħeħ, interessanti ħafna kif il-mod li ġġib ruħek mal-kelb waqt mixja jaffetwa r-relazzjoni li jkollok miegħu d-dar. Tista ssejjaħlu eżerċizzju sħiħ minn x' ħin toħroġ il-bieb sa x' ħin terġa lura.

Ninkoraġġixxi lil kull min għandu ħabib b' 4 saqajn biex iqatta iktar ħin miegħu barra mill-ambjent komdu tad-dar. Kellmuh fit-triq, tiddejqux... in-nies għalkemm forsi jaħsbuha li m' inthomx 100% stabbli, m' hu se jgħidu xejn. U l-isbaħ ħaġa, m' hemmx distrazzjonijiet teknoloġiċi. Iċ-ċinga ġġebbed u dik il-ħarsa t' apprezzament f' għajnejn il-kelb li kuljum qisu ħareġ għall-ewwel darba, malajr inessuk l-affarijiet irrelevanti kollha :-)

"I used to look at my dog and think, 'If you were a little smarter you could tell me what you were thinking', and he'd look at me like he was saying, 'If you were a little smarter I wouldn't have to"
- Fred Jungclaus

Tuesday, January 10, 2012

“The word 'happiness' would lose its meaning if it were not balanced by sadness.” - Carl Gustav Jung

08

"Daqshekk!"
"Ma nagħmel xejn"
"Ħa nieqaf"
"Mhux worth it"

X' titfa fuq il-miżien?

Liem naħa se jgħeleb la darba tiżen dak li tista' tigwadanja minn xi ħaġa ma dak li trid tissagrifika. Agħraf x' verament qed jaqtalek qalbek, iwaqqfek milli tkompli għaddej. Ħares fil-passat tiegħek, probabilment dan l-iżbal diġa għamiltu darba oħra. U, prova stenna s' għada qabel ma tieħu deċiżjoni negattiva...

"Each player must accept the cards life deals hime or her: but once they are in hand, he or she alone must decide how to play the cards in order to win the game."
- Voltaire (French philosopher and writer. 1694 - 1778)

Monday, January 09, 2012

366 - 52 = 314

Tlaqt b' ħafna entużjażmu, determinat li kuljum jirnexxieli nsib xi ħaġa pożittiva fil-ġurnata tiegħi. Xi ħaġa li ma kienx irnexxieli napprezza sal-ġurnata preżenti. Xi ħaġa li kienet se tgħini biex għada jkolli ġurnata aħjar...

Iżda kemm hu reali li nibqa niftakar ġimgħa sħiħa? U xahar? U xhur?

Illum sibt lili nnifsi nqalleb fil-ftit posts ta' qabel, mhux ċert jekk dak li kont se nikteb fuqu kontx diġa semmejtu jew le. Ħa nipprova nagħmel l-affarijiet bi ftit iktar sens... Fi tmiem il-ġimgħa nagħmel ġabra tat-'tagħlimiet' kollha li nkun ġbart fil-jiem ta' qabel:

01. Jekk tixtieq xi ħaġa, staqsi!
02. Kapaċi nġib elf skuża valida biex ma nagħmilx xi ħaġa
03. Kemm temmen dak li qed tgħid?
04. Żomm l-affarijiet reali
05. Ħadd m' hu kollu tajjeb. Ħadd m' hu ħażin kollu.
06. X' kont tagħmel li kieku ma kontx qed tibża?
07. Illum eżistejt jew għixt?

U inthom? X' ħadtu minn din l-ewwel ġimgħa tas-sena?

"There are no mistakes or failures, only lessons."
- Denis Waitley (American motivational speaker and author of self-help books)

Sunday, January 08, 2012

"Active Evil is better than Passive Good" - William Blake

07

Wisq drabi, speċjalment iktar ma jkollna ħin liberu, jasal tmiem il-ġurnata, tħares lura u tgħid, "X' għamilt illum?".

illum eżistejt jew għixt?

l-24 siegħa qegħdin hemm għal kulħadd... m' għandniex għażla... f' ċertu sitwazzjonijiet jafu jidhru twal, iżda meta nħarsu lura dejjem nistaqsu fejn mar il-ħin...
kemm-il darba għażilna li nkunu passivi f' ħajjitna?
kemm-il darba ntfajna niċċassaw naraw is-sekondiera ddur?
kemm inqattgħu ħin ma affarijiet inutli? (facebook xi ħadd?)

Kemm għandna kontroll fuq dak li ngħażlu u l-istil ta' ħajja li ngħixu? u kemm dan in-nuqqas ta' kontroll li aħna niċċaħdu minnu b' mod volontarju, jwassal għal mard u problemi fil-ħajja ta' kuljum tagħna?

"Peace has to be created, in order to be maintained. It is the product of Faith, Strength, Energy, Will, Sympathy, Justice, Imagination, and the triumph of principle. It will never be achieved by passivity and quietism"
- Dorothy Thompson (American freelance writer, author of children books, journalist and anthologist)

Saturday, January 07, 2012

"X' kont tagħmel li kieku ma kontx qed tibża?" - Haw

06

Bl-iskużi rampanti ta' madwarna faċli ħafna li persuna tevita li tagħmel kwalunkwe ħaġa.;
"M' għandix ħin", "M' għandix enerġija", "Mhux delettant", "Ma jinteressanix"...
Bla dubju li nevitaw numru ta' sitwazzjonijiet fejn dawn l-iskużi huma validi, iżda kemm hemm oħrajn li ma mmissux magħhom sempliċiment għax inkunu qegħdin nibżgħu?

Probabilment lanqas aħna stess ma nkunu konxji għala ma rridux nippruvaw xi ħaġa. Nivvintaw kull storja li teżisti. U ħafna drabi tant indumu nirrepetu din l-istorja li kważi kważi nibdew nemmnuha aħna stess.

X' kont tagħmel li kieku ma kontx qed tibża'?

Importanti ħafna li meta neħlu quddiem xi ħaġa nsibu ħin nirriflettu ftit fuq dak li għaddejjin minnu. Nistaqsu lilna nfusna għaliex weħilna, x' naħsbu li jistgħu ikunu r-riperkussjonijiet, u hawn nibqgħu nfittxu sal-qiegħ nett. Nimmaġinaw lilna nfusna nippruvaw dan li qegħdin nirrifjutaw li nagħmlu - kemm bi tmiem pożittiv u kemm negattiv... u nitfgħu dan fuq miżien.

Jien? Kieku kont niżfen...

"I hope I can bring the realization that everyone is controlled by fear. Whether it is imagined or actual, the fear is real to them and controls every aspect of their lives"
- Debby Shoun