WN.com - International English News

Thursday, January 05, 2012

fejn l-inkwiet idub bħal ħelu tal-lumi...

04

kulħadd jiġġieled. Min jgħajjat, min iwerżaq, min jgħati... hemm xi ħaġa għall-gosti ta' kulħadd. Minn ġlieda żgħira bi ftit ħars ikrah, sa "kif spiċċajna bit-tanikijiet tal-gwerra waqt dan l-argument?" Li ma jagħmilx kulħadd...

Żomm l-affarijiet reali.

Jekk din hi kwistjoni ta' tgergir u għajjat, gerger u għajjat kemm tixtieq qalbek, imma toqgħodx tonfoħ, issabbat u tkisser ukoll... Jew għamel hekk jekk tixtieq... Imma ftakar li dan ħa jbiegħdek iktar mis-soluzzjoni. Għandu jkollna għatx kbir biex nifhmu n-naħa l-oħra, u l-goal finali tagħna għandu jmur lill' hinn milli sempliċiment nieħdu r-raġun.

L-iktar importanti, li waqt kwalunkwe argument, gravi kemm hu gravi, ma nieqfu qatt nimmaġinaw il-ħin li fih l-affarijiet ikunu kkalmaw u l-paċi reġa rrenja... u għandna nimbuttaw l-argument propju lejn dak il-mument!

"The colours of the rainbow so pretty in the sky
Are also on the faces of people passing by
I see friends shaking hands
Saying, "How do you do?"
They're really saying, I... I love you
I hear babies cry and I watch them grow,
They'll learn much more
Than we'll know
And I think to myself
What a wonderful world"

0 comments: