03
Impressjonanti kif ħafna drabi f' ħajjitna niġu f' sitwazzjonijiet li assolutament ma nkunu nafu xejn dwarhom, iżda n-nies xorta jistennew li nikkontribwixxu b' xi mod għad-diskussjoni / argument / eċċ. Probabilment, ftit ftit aħna nkunu ħadna dan it-tip ta' rwol. Iżda kemm ħa ddum tgħid "ma nafx"? Eventwalment ħa tiġik naturali li tipprova tfendi waħda...
kemm temmen dak li qed tgħid?
Nisimgħu u naqraw ħafna pariri fuq kif tgħid il-punt tiegħek, kif twassal opinjoni, kif titkellem quddiem in-nies, eċċ... hemm studji sħaħ. Li tgħix is-sitwazzjoni nnifisha, teduka ruħek fuq is-suġġett, tipprattika dak li se tgħid, tkun konxju tal-ġestikulazzjoni tiegħek waqt li qed tgħid xi ħaġa... kollha punti validi...
Iżda għalija personali, l-iktar importanti minn dawn kollha, u dak li għandu jiġri qabel kollox, hu li temmen f' dak li se tgħid. Minn gidba sa tagħlima, jekk ħa titlaq bid-dubji f' moħħok, qabel saħansitra ftaħt ħalqek, ħa taffetwa kull parti tal-proċess... saħansitra l-mod ta' kif jirċiviehu l-udjenza tiegħek.
Forsi għalhekk ħafna nies jippreferu jikkomunikaw b' mod virtwali?
"These then are my last words to you. Be not afraid of life. Believe that life is worth living and your belief will help create the fact."
William James (American Philosopher and Psychologist. 1842 - 1910)
0 comments:
Post a Comment