02
Impressjonanti kif x' ħin tħares lura kollox ikun għadda tant malajr. Dak mistenni jasal u jitlaq... sal-mument partikolari fejn tiċċekja l-aftertaste tal-ġrajja... Kemm kienet esperjenza ħelwa, morra, qarsa?
Għalija, l-iktar ħaġa li tgħaddi malajr, hu l-ħin fih innifsu. Iżda dan kont nafu diġa...
kapaċi nġib elf skuża valida biex ma nagħmilx xi ħaġa
imbgħad il-qrusa x' ħin inħares lura u ninduna li tar il-ħin. L-imrar x' ħin niddeċiedi li f' dak il-waqt inkun iddeċidejt li mmur mal-feeling ta' l-għażż minflok ma ngħati piż dak li jkun hemm bżonn isir. Minn fejn tixtri kwart ħeġġa? Nofs kilo entużjażmu?
Ma rridx ngħalaq ħsibijieti fuq il-ġurnata b' mod negattiv... għalija, t-tgħalima tal-llum hi li xi drabi, irrid infittex modi differenti kif inħares lejn dak li hemm bżonn isir biex nagħmlu... l-bżonn irid jibda jieħu prijorita fuq l-aptit... għax hekk qatt m' hu se naslu!
"Procrastination is the art of keeping up with yesterday"
Don Marquis (American writer, Coloumnist, Novelist, Playwright and Poet. 1878 - 1937)
0 comments:
Post a Comment